IL-MISSJONI TAGĦNA

Il-Missjoni tagħna hija li nippromwovu u nħarsu d-drittijiet u l-interessi ta’ persuni b’diżordni mentali u ta’ dawk li jieħdu ħsiebhom, b’tali mod li jkunu jistgħu jibbenefikaw minn kwalita’ ta’ ħajja aħjar bl-użu tal-potenzjal kollu tagħhom.

Il-viżjoni tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Promozzjoni tad-Drittijiet ta’ persuni b’diżordni mentali hija għal soċjeta’ li tinkludi lil kulħadd, fejn persuni b’diżordni mentali għandhom is-setgħa kollha li jkollhom l-aħjar għal saħħithom. Dan se jsaħħaħ il-kontribut tagħhom lejn il-komunita’ fl-isferi kollha tal-ħajja inklużi s-swieq tax-xogħol u fis-soċjeta’ in ġenerali.

L-Uffiċċju qed jaħdem ukoll b’mod attiv fuq metodi ta' promozzjoni u prevenzjoni. Permezz ta’ sensibilizzazzjoni dwar saħħa mentali aħjar matul il-ħajja kollha biex jitnaqqas il-piż tal-problemi tas-saħħa mentali. L-uffiċċju huwa impenjat li jnaqqas l-istigma u r-riskji marbuta ma’ problemi ta’ saħħa mentali fosthom mewt prematura b’suwiċidju.

l-Kummissarju jista’ jirċievi lmenti u mistoqsijiet, jinvestiga allegat ksur ta’ drittijiet, jinfluwenza proposti leġiżlattivi u jżid l-għarfien dwar is-saħħa mentali u kwistjonijiet relatati.

Funzjonijiet

  • Li jippromwovi u jipproteġi d-drittijiet u l-interessi ta’ persuni b’disordni mentali u l-persuni li jieħdu ħsiebhom
  • Li jinfluwenza l-leġiżlazzjoni u l-politiki għal-ħarsien ta’ dawn id-drittijiet u l-interessi
  • Li jirċievi lmenti u mistoqsijiet u jieħu l-azzjonijiet meħtieġa
  • Li jinvestiga allegat ksur ta’ drittijiet u interessi
  • Li tiżviluppa u trawwem kolloborazzjoni ma dawk l-entitajiet kollha importanti, inklużi dawk li jfasslu l-politika, entitajiet pubbliċi u privati, gruppi rappreżentattivi tal-pazjenti u organizzazzjonijiet mhux governattivi li jaħdmu fil-qasam
  • Li jiżdied l-għarfien tal-pubbliku ġenerali dwar is-saħħa mentali u persuni b’disordni mentali.