STRUTTURA

L-Uffiċċju tal-Kummissarju huwa mmexxi mill-Kummissarju mgħejjun minn team ta’ professjonisti inklużi persuni bi sfond mediku u professjonisti tas-saħħa flimkien ma’ kompetenza legali. L-aspetti operattivi jitwettqu minn Assistent direttur flimkien mal-persunal amministrattiv u ta' appoġġ rilevanti.

Dr Denis Vella Baldacchino huwa l-Kummissarju attwali fil-kariga wara l-predeċessur tiegħu Dr John Cachia li okkupa l-kariga bejn l-2012-2021.