Il-Kummissarju

Dr Denis Vella Baldacchino

MD

Il-Kummissarju

Kummissarju għad-Drittijiet ta' Persuni b'Disturbi Mentali

Dr Denis Vella Baldacchino ggradwa bħala Tabib tal-Mediċina u l-Kirurġija fl-1986. Għandu esperjenza diversa u vasta fil-kuntatt mal-pazjenti, wara li qatta’ madwar 13-il sena bħala tabib jaħdem fid-Dipartiment tal-Inċidenti u l-Emerġenza. Huwa kompla l-karriera tiegħu billi qara għal żewġ Masters fil-Mediċina tad-Diżastri u l-Mediċina tas-Saħħa Pubblika rispettivament. Hu qatta’ kważi sena bħala Hubert Humphrey Fellow fl-Istati Uniti biex ikompli l-esperjenza tiegħu fl-Ippjanar ta’ Emerġenza. Huwa kellu diversi rwoli amministrattivi bħala Direttur tas-Saħħa Primarja u bħala Uffiċjal Mediku Ewlieni li matulhom ingħata bidu għal diversi inizjattivi ġodda. Minn Diċembru 2021, wara li serva żewġ termini bħala Chief Medical Officer inħatar bħala Kummissarju għall-Promozzjoni tad-Drittijiet ta’ Persuni b’Disturbi Mentali. Dr Denis Vella Baldacchino għandu għal qalbu l-promozzjoni ta’ dawn id-drittijiet, kif ukoll, il-prevenzjoni ta’ problemi ta’ saħħa mentali.