Stqarrija għall-istampa mill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżordni Mentali
Mediċi ġodda għal kura ta’ kundizzjonijiet psikjatriċi fuq il-formularju
Dr Denis Vella Baldacchino, Kummissarju għad-Drittijiet ta’ persuni b’diżordni mentali jilqa’ b’sodisfazzjon l-introduzzjoni fil-Formularju tal-mediċina Bupropion tal-150mg, kif tħabbar fi Frar 2025. Din il-mediċina tista tinkiteb minn Konsulenti fil-Psikjatrija, għal pazjenti b’Diżordni Kronika tal-Burdata (Chronic Mood Disorders) b’diżordni qawwija ta’ depressjoni li huma obeżi jew ipejpu u fejn l-ewwel tip ta’ antidepressants li jikkawżaw żieda fil-piż jew distrub fil-ħajja seswali, jew fejn hu rrakomandat il-bżonn tal-bupropion ukoll flimkien ma antidepressants oħra.
Dawn il-mediċini ġew introdotti wara li fl-2024 iddaħħlu l-pilloli ta’ taħt l-ilsien, Buprenorphine tal-8mg. Din il-mediċina tista’ tinkiteb minn Konsulent fil-Psikjatrija fl-abbuż ta’ sustanzi fuq bażi Outpatient kif ukoll fl-isptar għal diżordni ta’ dipendenza. Din tista’ tinkiteb biss għal pazjenti li bħalissa qed jirċievu kura ta’ manutenzjoni minħabba l-Opiod:
•bħala parti mill-pjan għal waqfien mill-użu tal-Opiod
•u bid-dokumentazzjoni relevanti li tikkonferma li m’hix tajba għalihom il-methadone skond ADRs. Hu importanti li wieħed jinnota li l-Buprenorphine tista tinkiseb barra mill-isptar mis-Substance Misuse Outpatient Unit (SMOPU) ‘Detox’ waqt li din tingħata lil dawk il-pazjenti li jkunu għal kura ġo l-isptar Monte Karmeli.
Il-lista ta’ mediċini issa tinkludi wkoll l-Aripirazole 1mg/1mL oral solution, pilloli Aripiprazole 5mg u t-titqiba għal effett fit-tul (depot) Aripiprazole 300mg and 400mg. Dwan il-mediċini jinstgħabu kemm fl-isptar kif ukoll barra għal kura tal-kundizzjoni tal-Iskizofrenija bħala kura ta’ manteniment għal pazzjenti
• li ma jżommux mal-kura għal perjodu twil fuq pilloli anktipsikotiċi, U
• dawk li l-ewwel ta’ ġenerazzjoni ta’ depot antipsikotiċi, jew depot ta’ risperidone / paliperidone, m’humiex effettivi jew kellhom sintomi negattivi bħal hyperprolactinemia.
Il-pazjenti li qatt ma ħadu aripiprazole iridu jkunu stabbli biżżejjed fuq il-mediċina li tingħata b’mod orali għal mill-inqas 14-il ġurnata qabel ma jingħataw it-tiqiba tad-depot.
Dawn il-mediċini jistgħi jingħataw biss fuq il-permess speċjali maħruġ mis-Sezzjoni li Tapprova l-mediċini. Il-permess hu validu għal sena.
Mediċini oħra li jinsgħabu fil-formularju huma l-pilloli tal-Olanzapine tal-2.5mg, 5mg u 10mg tablets u t-titqiba fit-tul tal-Olanzapine tal-210mg, 300mg u 405mg.
Il-Kummissarju jħeġġeġ l-amministrazzjoni u lil dawk kollha konċernati sabiex kwalunkwe inizjattiva tax-xiri fir-rigward tal-kura ta’ problemi tas-saħħa mentali għandhom jiġu mħaffa kemm jista’ jkun u mingħajr telf taż-żmien.