Il-Ġimgħa Ewropea għas-Saħħa mentali 2025 fil-midja

Il-Ġimgħa Ewropea għas-Saħħa mentali 2025 (EMHW 2025) – 19-25 Mejju 2005

Tema magħżula minn Mental Health Europe (MHE), Kura għas-Saħħa Mentali, Investiment fid-Drittijiet Soċjali
L-Għarfien dwar il-Ġimgħa Ewropea għas-Saħħa mentali 2025 għal darb’oħra, l-Uffiċċju tal-Kummissarju għad-drittijiet ta’ persuni b’diżordni mentali (OCMH) reġà ngħaqad ma’ etitajiet fil-midja biex jikseb kemm jista’ jkun jitwassal il-messaġġ matul il-ġimgħa.
Il-promozzjoni inkludiet il-Programm fuq NET TV Ġimgħa b’Ġimgħa, li xxandar fl-14 ta’ Mejju fejn Josef Bonello intervista lil Gertrude Buttigieg mill-OCMH u lil Dr Justine de Gray mid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei. Ġimgħa b’Ġimgħa 14/05/2025 (l-intervista tibda fl-aħħar siegħa).
Gertrude Buttigieg mill- OCMH kienet intervistata mill-preżentatriċi Antonella Vassallo waqt il-programm televiżiv Għaddi s’Hawn fit-22 ta’ Mejju. Intervew Għaddi s’Hawn 22/05/2025. Dakinhar stess filgħaxija Dr Denis Vella Baldacchino, Kummissarju għad-drittijiet ta’ Persuni bi Problemi ta’ Saħħa Mentali, flimkien mal-Prof Anton Grech ġew intervistati mill-preżentatriċi Stephanie Spiteri fil-progamme “Illum ma Steph”  ‘Illum Ma’ Steph’ Intervista fuq Illum Ma’ Steph 22/05/2025 ( l-intervista tibda fit 12.40minuta)
Il-programm Realtà tal-10 ta’ Ġunju 2025, ppreżentat minn Brian Hansford kien iddedikat ukoll għat-tema tas-Saħħa Mentali. Il-kelliema kienu Gertrude Buttigieg (OCMH), Dr Justine de Gray (mid-Dipartiment tal-Emerġenza), Mark Vassallo (Direttorat tad-Dimensja), Svetlana Baldacchino (FSWS), Kayne Said (Fondazzjoni għal-logħob Responsabbli), Graziella Schiavone (SOS Malta),  Celine Baldacchino  (Fondazzjoni Richmond) u Maria Attard (Victim Support Agency).

L-istazzjonijiet tar-radju wkoll ikkontribwew għal din il-ġimgħa b’opportunitajiet differenti dawn kienu jinkludu:

Radju Malta fejn il-preżentatriċi Theresa Gauci intervistat lil Gertrude Buttigieg waqt il-programm Jum b’Jum on fil-15 ta’ Mejju. Fl-istess jum Dr Denis Vella Baldacchino kien intervistat minn Tonio Bonello waqt il-programm Il-Polz taċ-Ċittadin. Nhar it-Tnejn 19 ta’ Mejju l-Kummissarju kien intervistat ukoll waqt Newsline minn Joe Dimech.
Campus FM iddedika wkoll 2 programmi bħala parti mill-għarfien dwar il-Ġimgħa Ewropea tas-Saħħa Mentali. Dawn kienu Therapy Talk ma’ Carl Wright fid-19 ta’ Mejju Therapy Talk 19/05/2025 u fuq Campus Magazine ma’ Sonia Young nhar l-Erbgħa 21 ta’ Mejju. Il-kelliema kienu Gertrude Buttigieg (OCMH), Svetlana Buttigieg (FSWS) u Mark Farrugia (Direttorat tad-Dimensja). 

Gertrude Buttigieg ġiet intervistata wkoll waqt il-programm Brunch fuq NET FM ippreżentat minn Marbeck Spiteri nhar it-Tnejn 19 ta’ Mejju. NET FM iddedika l-programm Hekk Naħsibha Jien tas-Sibt 24 ta’ Mejju, ippreżentat minn Tano Vella esklussivament dwar is-Saħħa Mentli. Il-parteċipanti fil-programm kienu Gertrude Buttigieg (OCMH), Dr Rachel Buhagiar (Perinatal Mental Health Services), Noel Xerri (Fondazzjoni OASI), Rachel Scerri (Helpline 1579) u Josnef Agius (Victim Support Agency).
Il-programm Għal Kulhadd fuq RTK103, it-Tlieta 20 ta’ Mejju, ippreżentat minn Christine Delicata appoġġja din il-ġimgħa ukoll billi ddiskuta t-tema tas-Saħħa Mentali. Il-parteċipanti kienu Gertrude Buttigieg (OCMH) u Graziella Schiavone u Rachel Scicluna minn Kellimni.com.

Artikli ġew ukoll ippubblikati fuq il-gazzetti lokali:

‘Pocket-size crisis support cards launched for Mental Health Week’ Times of Malta 20/05/2025

Care for Mental Health: Invest in Social Rights Independent article 22/05/2025

Kriżi Siekta:is-Saħħa Mentali taż-Żagħżagħ Talk.mt 14/05/2025 In-Nazzjon 24/05/25

Mental health in Malta: are we on the right track? Times of Malta 25/05/2025

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.