Frar ix-xahar nazzjonali għall-prevenzjoni tal-kanċer

L-għarfien dwar il-kanċer, li jinqabad kmieni kemm jista’ jkun u t-tagħlim biex wieħed jgħamel l-għażliet ta’ ħajja b’saħħitha jistgħu jagħmlu differenza sinifikanti fil-ħajja. Hemm kundizzjonijiet tas-saħħa, inkluż il-kanċer fejn bi stil ta’ ħajja tajjeb għas-saħħa, bidliet żgħar fil-ħajja tagħna ta’ kuljum, li nattendu għall-iskrinjar skedat u t-tilqim jistgħu jnaqqsu r-riskji b’mod sinifikanti.

It-tbatija minn problema ta’ saħħa mentali ma tipprevenix lil dak li jkun mir-riskji li jiżviluppa l-kanċer iżda pjuttost iżżid ir-riskji. Rabta diretta bejn disturbi fis-saħħa mentali u r-riskju ta’ kanċer mhiex dejjem ċara minn studji li saru. Madankollu, hu rrappurtat li hemm riskji ogħla għall-kanċer relatat ma’ mġiba assoċjata ma’ problemi ta’ saħħa mentali fosthom tipjip, xorb alkoħoliku, nuqqas ta’ attività fiżika, problemi ta’ irqad u tendenza lejn piż żejjed u ħxuna żejda.

B’dan il-ħsieb, il-Kummissarju għas-Saħħa mentali jixtieq jenfasizza l-importanza tal-iżvilupp ta’ interventi f’waqthom biex jitnaqqas ir-riskju fost individwi bi problemi ta’ saħħa mentali sabiex jiġu promossi s-saħħa u l-għejxien tajjeb tul il-ħajja kollha. Il-Kummissarju jappoġġja bis-sħiħ l-inizjattiva tal-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanita Attiva biex iħeġġeġ lill-persuni kollha jieħdu opportunitajiet għal programmi ta’screening. Wieħed għandu jevita kull forma ta’ tipjip u konsum ta’xorb alkoħoliku. Hu rrakkomandat li wieħed jattendi għal klassijiet ta’ waqfien jew gruppi ta’appoġġ. Wieħed għandu jiżgura li jkun protett meta jkun espost għax-xemx u importanti li jieħu t-tilqim rakkomandat biex jiġu evitati ċerti kanċers. L-aħħar iżda mhux l-inqas wieħed għandu jżomm ma’ dieta tajba għas-saħħa u jżżomm ruħu attiv. Dawn huma ta’ benefiċċju mhux biss għall-prevenzjoni tal-kanċer iżda ċ-ċavetta għall-benesseri ġenerali inklużi riżultati aħjar meta wieħed ikun għaddej minn problemi ta’ saħħa mentali.

Għal appoġġ ikkuntattja lid-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-mard.

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.