Il-Ġimgħa Ewropea għas-Saħħa mentali 2025 (EMHW 2025) – 19-25 Mejju 2005
Tema magħżula minn Mental Health Europe (MHE), Kura għas-Saħħa Mentali, Investiment fid-Drittijiet Soċjali
L-Għarfien dwar il-Ġimgħa Ewropea għas-Saħħa mentali 2025 għal darb’oħra, l-Uffiċċju tal-Kummissarju għad-drittijiet ta’ persuni b’diżordni mentali (OCMH) reġà ngħaqad ma’ etitajiet fil-midja biex jikseb kemm jista’ jkun jitwassal il-messaġġ matul il-ġimgħa.
Il-promozzjoni inkludiet il-Programm fuq NET TV Ġimgħa b’Ġimgħa, li xxandar fl-14 ta’ Mejju fejn Josef Bonello intervista lil Gertrude Buttigieg mill-OCMH u lil Dr Justine de Gray mid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei. Ġimgħa b’Ġimgħa 14/05/2025 (l-intervista tibda fl-aħħar siegħa).
Gertrude Buttigieg mill- OCMH kienet intervistata mill-preżentatriċi Antonella Vassallo waqt il-programm televiżiv Għaddi s’Hawn fit-22 ta’ Mejju. Intervew Għaddi s’Hawn 22/05/2025. Dakinhar stess filgħaxija Dr Denis Vella Baldacchino, Kummissarju għad-drittijiet ta’ Persuni bi Problemi ta’ Saħħa Mentali, flimkien mal-Prof Anton Grech ġew intervistati mill-preżentatriċi Stephanie Spiteri fil-progamme “Illum ma Steph” ‘Illum Ma’ Steph’ Intervista fuq Illum Ma’ Steph 22/05/2025 ( l-intervista tibda fit 12.40minuta)
Il-programm Realtà tal-10 ta’ Ġunju 2025, ppreżentat minn Brian Hansford kien iddedikat ukoll għat-tema tas-Saħħa Mentali. Il-kelliema kienu Gertrude Buttigieg (OCMH), Dr Justine de Gray (mid-Dipartiment tal-Emerġenza), Mark Vassallo (Direttorat tad-Dimensja), Svetlana Baldacchino (FSWS), Kayne Said (Fondazzjoni għal-logħob Responsabbli), Graziella Schiavone (SOS Malta), Celine Baldacchino (Fondazzjoni Richmond) u Maria Attard (Victim Support Agency).
L-istazzjonijiet tar-radju wkoll ikkontribwew għal din il-ġimgħa b’opportunitajiet differenti dawn kienu jinkludu:
Radju Malta fejn il-preżentatriċi Theresa Gauci intervistat lil Gertrude Buttigieg waqt il-programm Jum b’Jum on fil-15 ta’ Mejju. Fl-istess jum Dr Denis Vella Baldacchino kien intervistat minn Tonio Bonello waqt il-programm Il-Polz taċ-Ċittadin. Nhar it-Tnejn 19 ta’ Mejju l-Kummissarju kien intervistat ukoll waqt Newsline minn Joe Dimech.
Campus FM iddedika wkoll 2 programmi bħala parti mill-għarfien dwar il-Ġimgħa Ewropea tas-Saħħa Mentali. Dawn kienu Therapy Talk ma’ Carl Wright fid-19 ta’ Mejju Therapy Talk 19/05/2025 u fuq Campus Magazine ma’ Sonia Young nhar l-Erbgħa 21 ta’ Mejju. Il-kelliema kienu Gertrude Buttigieg (OCMH), Svetlana Buttigieg (FSWS) u Mark Farrugia (Direttorat tad-Dimensja).
Gertrude Buttigieg ġiet intervistata wkoll waqt il-programm Brunch fuq NET FM ippreżentat minn Marbeck Spiteri nhar it-Tnejn 19 ta’ Mejju. NET FM iddedika l-programm Hekk Naħsibha Jien tas-Sibt 24 ta’ Mejju, ippreżentat minn Tano Vella esklussivament dwar is-Saħħa Mentli. Il-parteċipanti fil-programm kienu Gertrude Buttigieg (OCMH), Dr Rachel Buhagiar (Perinatal Mental Health Services), Noel Xerri (Fondazzjoni OASI), Rachel Scerri (Helpline 1579) u Josnef Agius (Victim Support Agency).
Il-programm Għal Kulhadd fuq RTK103, it-Tlieta 20 ta’ Mejju, ippreżentat minn Christine Delicata appoġġja din il-ġimgħa ukoll billi ddiskuta t-tema tas-Saħħa Mentali. Il-parteċipanti kienu Gertrude Buttigieg (OCMH) u Graziella Schiavone u Rachel Scicluna minn Kellimni.com.
Artikli ġew ukoll ippubblikati fuq il-gazzetti lokali:
‘Pocket-size crisis support cards launched for Mental Health Week’ Times of Malta 20/05/2025
Care for Mental Health: Invest in Social Rights Independent article 22/05/2025
Kriżi Siekta:is-Saħħa Mentali taż-Żagħżagħ Talk.mt 14/05/2025 In-Nazzjon 24/05/25
Mental health in Malta: are we on the right track? Times of Malta 25/05/2025